{"product_id":"beraq-fil-bnazzi-1","title":"Beraq Fil-Bnazzi","description":"\u003ch2\u003eDescription\u003c\/h2\u003e\n\u003cp\u003eDAQSHEKK QRIB U DAQSTANT DIFFERENTI!\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eĦbieb tal-qalb kemm ilhom jiftakru. Komplementari wieħed lill-ieħor\u003cbr\u003eimma fl-istess ħin għalkollox differenti minn xulxin, kemm fid-dehra\u003cbr\u003ekif ukoll fil-karattru. Michael tifel bjond, b’natural kwiet, devot u\u003cbr\u003eġej minn familja ta’ klassi medja. Sieħbu Reginald, ismar, imqareb,\u003cbr\u003emarbut mal-affarijiet tad-dinja u b’familja mixħuta fin-negozju.\u003cbr\u003eRabta qawwija imma li kienet iddestinata tinfired għal żmien u wara\u003cbr\u003eterġa’ tissokta. Imma għad jerġa’ lura kollox għan-normal?\u003cbr\u003eDAQSHEKK QRIB U DAQSTANT DIFFERENTI!\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eĦbieb tal-qalb kemm ilhom jiftakru. Komplementari wieħed lill-ieħorimma fl-istess ħin għalkollox differenti minn xulxin, kemm fid-dehrakif ukoll fil-karattru. Michael tifel bjond, b’natural kwiet, devot uġej minn familja ta’ klassi medja. Sieħbu Reginald, ismar, imqareb,marbut mal-affarijiet tad-dinja u b’familja mixħuta fin-negozju.Rabta qawwija imma li kienet iddestinata tinfired għal żmien u waraterġa’ tissokta. Imma għad jerġa’ lura kollox għan-normal?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eID-DESTIN TAGĦNA HUWA DAK LI HU\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMinkejja d-diversità fil-klassi ta’ ħajja, l-għaqda straordinarja bejn iż-żewġ familji kienet ilha minsuġa flimkien għal aktar minn żewġ sekli. Imma mhux kull ma jleqq hu deheb! F’daqqa waħda l-ġenituri ta’ Reginald bdew iġibu ruħhom b’mod mhux tas-soltu. Xi ħaġa fil-passat tal-familja ta’ Michael kienet tinxtamm tinten. X’kienu qed jagħmlu moħbija f’qiegħ ta’ kexxun, medaljun stramb u struzzjonijiet ambigwi miktuba fuq karta mtertqa biż-żmien? Min kien dak ir-raġel misterjuż li ta’ sikwit jidher iħuf fil-viċinanzi ta’ wieħed mill-adolexxenti?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eWASAL IŻ-ŻMIEN LI TOĦROĠ IL-VERITÀ\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eQatt ma tkun taf x’hemm lest jistenniek wara l-kantuniera. L-għawġ li laqat għal għarrieda, kisser familja minnhom għalkollox. Għalkemm il-fidi ta’ wieħed miż-żgħażagħ u l-għajnuna ta’ sieħbu taffiet xi ftit mit-tbatija, xorta waħda bil-mod il-mod beda jitħejja pjan li kien ilu maħsub żmien twil, fejn nagħġa innoċenti riedet tmur issib it-triq minn ġo għar mimli lpup imġewħa!\u003c\/p\u003e\n\u003ch1\u003e\n\u003cbr\u003e\u003cbr\u003e\n\u003c\/h1\u003e","brand":"www.ilkotba.com","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":59367950516549,"sku":null,"price":5.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/book_35e6618b-d9e8-4c95-a2ff-968c2b702f94.png?v=1789558406","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/beraq-fil-bnazzi-1","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}