{"product_id":"il-konti-ta-monte-kristo-l-ewwel-parti","title":"Il-Konti ta’ Monte Kristo: L-Ewwel Parti","description":"\u003cheader class=\"woocommerce-products-header\"\u003e\n\u003ch1 class=\"woocommerce-products-header__title page-title\"\u003eIl-Konti ta’ Monte Kristo: L-Ewwel Parti\u003c\/h1\u003e\n\u003c\/header\u003e\n\u003cdiv class=\"storefront-sorting\"\u003e\n\u003cdiv class=\"woocommerce-notices-wrapper\"\u003e\n\u003cmeta charset=\"UTF-8\"\u003e\n\u003ch2\u003eDescription\u003c\/h2\u003e\n\u003cp\u003eDenunzja mill-aktar infami u tbagħbis mal-ġustizzja jwasslu lil Edmondo Dantes, żagħżugħ li kien għadu kif rifes l-art wara t-tbaħħir biex jiżżewweġ lis-sieħba ta’ qalbu, fil-ħabs tal-Kastell d’If, li minnu ħadd ma kien joħroġ ħaj. Fiċ-ċella beda jitlef kull sens ta’ ħajja. Darba jisma’ tħaffir li kien ġej minn ċella oħra. Għandu jixref ħabsi ieħor, saċerdot, li beda jħaffer biex jiġi fuq il-baħar u mar żmerċ.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eDan il-qassis, Farija, mhux biss iwasslu jinduna min xeħtu fil-kalzri minħabba l-għira u l-biża’, iżda jagħtih tagħrif fuq teżor ta’ prinċep, li hu stess ħeba fuq il-gżira ta’ Monte Kristo. Meta s-saċerdot imut, il-gwardjani jdaħħluh fi xkora biex fil-ħin mistenni jixħtuh il-baħar. Iżda Dantes ikaxkar lill-mejjet fiċ-ċella tiegħu u hu jieħu postu. Jitwaddab fil-baħar, jinħall u wara żmien jirnexxilu jsib il-gżira msemmija u t-teżor. Jieħu t-titlu ta’ konti ta’ Monte Kristo u b’modi xejn mistennija jibda jdur, iżur u jpatti lil dawk kollha li kienu waslu biex għamlulu ħajtu infern għal skopijiet differenti. Kif isir dan?\u003c\/p\u003e\n\u003c\/div\u003e\n\u003c\/div\u003e","brand":"ALS Malta Store","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58276662542661,"sku":null,"price":8.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/Untitled-1_fdfac193-7ffa-4448-a500-c0dabb17804c.png?v=1781522119","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/il-konti-ta-monte-kristo-l-ewwel-parti","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}