{"product_id":"it-tfajla-tal-kastell-zamitellu","title":"It-Tfajla tal-Kastell Żamitellu","description":"\u003ch2\u003eIt-Tfajla tal-Kastell Żamitellu\u003c\/h2\u003e\n\u003ch2\u003eDescription\u003c\/h2\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eĦjiel mill-Istorja ta’ Malta\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMinn meta f’nofs is-seklu sbatax il-Gran Mastru de Redin bena t-torrijiet mal-kosta ta’ Malta l-ħbit tal-pirati fuq xtutna naqas sewwa. In-nies, għalhekk kienet tafda. U ta’ spiss kienet terħilha bil-mogħoż u n-ngħaġ tagħha lejn raba’ moxa fit-truf tar-raħal. Il-Maltin sidien tax-xwieni kienu wkoll bdew jagħmlu l-arja u huma wkoll bdew jarmaw għas-sibi. Fl-1703 ħatfu xambekk ta’ Tripli u fl-1741 ingħaqdu mal-flotta ta’ l-Ordni biex irażżnu l-pirati ta’ Tunes. Sa tarf is-seklu tmintax l-għadd ta’ xwieni Maltin tas-sibi tala’ għal mija u sebgħin.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMinħabba f’hekk xi sibbiena misilmin kienu jinżlu l-art għal għarrieda. L-aktar li kienu jintlaqtu kienu l-irħula ta’ qrib is-stut, bħal ma kien l-Imġarr.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e \u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cbr\u003e\u003c\/p\u003e","brand":"www.ilkotba.com","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":58387571900741,"sku":null,"price":3.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/Untitled-1-Recovered_606e538b-3837-47c2-a253-a40e1cc44f9f.png?v=1782476429","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/it-tfajla-tal-kastell-zamitellu","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}