{"product_id":"la-bidu-la-tmiem-1599","title":"La Bidu La Tmiem 1599","description":"\u003ch2\u003eLa Bidu La Tmiem 1599\u003c\/h2\u003e\n\u003cp\u003eLa Bidu La Tmiem 1599\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMejju 1599 – riesaq il-Ġubilew  ta’ seklu ġdid li se jkun dominat mill-imperi kbar li tnedew fl-aħħar mitt sena,  bi Spanja l-aqwa impru fost kollha…\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIl-Kavallier Bernal del Rio jitlaq għal btala fil-wied tal-Miskat, fuq stedina ta’ ħabibu, in-negozjant Ser Jehud. Del Rio għadu kemm wasal lura minn vjaġġ f’Madrid, Ruma u Palermo, fejn wettaq ħidma għall-Ospidaljeri mal-Viċi Re ta’ Sqallija. Fil-Wied tal-Miskat, jiġi wiċċ imb wiċċ ma’ dinja differenti għalkollox minn dik li mdorri biha fil-gżira ta’ Malta. Jiltaqa’ mar-Raħeb Don Frans.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKemm idum fil-Miskat, del Rio jkollu jiġi wkoll wiċċ imb wiċċ ma’ għażliet kbar li jrid jagħmel malajr għax riesqa lejn tmiemha t-tmexxija tal-Gran Mastru Martin Garces.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eF’firxa ta’ tifkiriet u ġrajjiet li jeħduma mill-Miskat sa Nankin, mill-Borgo sa Palermo, mill-Belt il-Ġdida sa Vera Cruz u l-Alġieri, jgħixu ħajjithom u jmutu u jgħidu tagħhom fost oħrajn Bram, iż-żagħżugħ żorr tal-Miskat – Kalftu u Tumas il-makakk, qaddejja ta’ del Rio – il-Kaptan Luis u Dolores – Madonna Katerina u Don Marco – Samwel ta’ Kumi u martu Roż’ – Injazju ta’ Lojola – in-Nutar Belfiore – l-eremita tal-Gobi, ix-Xiħ Nett – id-dimonju Barak, Artan u Lidja – il-kalzrat Giordano – il-Kavallier de Paule…\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMeta tqum tempesta qawwija li tħalli ħerba kbira warajha, il-Kavallier del Rio jkollu jaqta’ ħesrem il-btala tiegħu.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMinn: Alfred Sant.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFormat: Paperback\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003ePagni: 896\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003ePubblikat: 2014\u003c\/p\u003e","brand":"www.ilkotba.com","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":57693189341509,"sku":null,"price":12.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/labidulatmiem-245x325.jpg?v=1776247019","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/la-bidu-la-tmiem-1599","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}