{"product_id":"lippu-l-purtinar-jerga-jdoqq-u-jizfen","title":"Lippu l-Purtinar Jerġa’ Jdoqq u Jiżfen","description":"\u003ch1\u003eLippu l-Purtinar Jerġa’ Jdoqq u Jiżfen\u003c\/h1\u003e\n\u003ch2\u003eDescription\u003c\/h2\u003e\n\u003cp\u003eMin hu Lippu I-Purtinar?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eQsajjar. Kemm kemm imbaċċaċ. Imma żvelt u ħafif daqs farfett. Xagħru ħafifa bi troffa mħabbla Ii tgħattilu parti żgħira minn moħħu. Sajf u Xitwa jilbislek qmis bil-kmiem qosra. Dejjem għaddej u m’għandux sekonda kwiet. Biċċa xogħol jidħol għaliha aktar milli żaqqieq jidħol għal kaxxa kannoli tal-krema. Meta jitkellem taħsbu qed jgħajjat miegħek. Dak kollu Ii jgħid jinstema’ minn għaxar kilometri ‘I bogħod! Storbjuż tassew, daqs I-aktar banda storbjuża tar-raħal, imma qalbu f’idejh u dejjem lest Ii jgħin li kull min hemm bżonn. Wiċċu dejjem jixgħel bi tbissima Ii tnessilek il-problemi tal-ħajja. Veru Ii kull meta jitbissem jinkixfulu sett ta’ snien kemmxejn sofor u bla sura imma fl-istess ħin din it-tbissima tikxef il-qalb tad-deheb, il-bżulija bla limitu u I-karattru uniku ta’ Lippu I-Purtinar.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMaħbub mill-għalliema.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMill-istudenti.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eU anke mill-ġenituri kollha.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eKulħadd tal-istess fehma: Bħal Lippu ma nsibu mkien!\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cstrong\u003eRay Muscat\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e \u003c\/p\u003e","brand":"www.ilkotba.com","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":57683381944645,"sku":null,"price":7.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/Lippu-l-Purtinar-Jerga-Jdoqq-u-Jizfen-Cover.jpg?v=1776158406","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/lippu-l-purtinar-jerga-jdoqq-u-jizfen","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}