{"product_id":"marta-bint-id-deffien-tal-pesta","title":"Marta, Bint id-Deffien tal-Pesta","description":"\u003ch1\u003eMarta, Bint Id-Deffien tal-Pesta\u003c\/h1\u003e\n\u003cp\u003eArturo Caruana\u003c\/p\u003e\n\u003ch2 class=\"product_subtitle entry-title\"\u003eL-Ewwel Ktieb\u003c\/h2\u003e\n\u003ch2\u003eDescription\u003c\/h2\u003e\n\u003cdiv\u003eF’maltempata qawwija fil-lejl tal-15 ta’ Frar Sidor il-baħri jiġi offrut somma flus għal biċċa xogħol u jiskopri li kellu jidfen katavru. Il-qattiel jinduna li l-mejjet ma kienx il-vittma li tassew xtaq joqtol. Sidor jibqa’ jgħix fil-biża’ li jitqies bħala kompliċi f’dan l-intriċċ.\u003c\/div\u003e\n\u003cdiv\u003e\u003cbr\u003e\u003c\/div\u003e\n\u003cdiv\u003eFuq l-ixprunara Enrichetta tal-Kaptan Nerik Mazara jittella’ priġunier li juri li jaf lil Sidor u minħabba fih Sidor ipatti qares, tant li jsir jobgħod lill-imgħallem tiegħu, u minn hawn jinbet ħafna inkwiet bejniethom. Marta, bint Sidor, u Luċjanu, iben Nerik, isiru jħobbu lil xulxin minkejja li l-ġenituri tagħhom jagħmlu minn kollox biex din l-imħabba tisfaxxa.\u003c\/div\u003e\n\u003cdiv\u003e\u003cbr\u003e\u003c\/div\u003e\n\u003cdiv\u003eĠovanna, bint Nerik, tinsab misruqa u maqfula f’sotterran fi Sqallija. Sidor isibha, iżda meta hu u missierha jmorru għaliha ma jsibuhiex hemm. Sidor jispiċċa fil-ħabs tal-Inkwiżitur, iżda bintu Marta jirnexxilha teħles lil Ġovanna u lilu. Iżda kif tispiċċa Ġovanna? U xi jsir mit-tarbija tagħha?\u003c\/div\u003e\n\u003cdiv\u003e\u003cbr\u003e\u003c\/div\u003e\n\u003cdiv\u003eFin-nofs jidħol dejjem Makarju, assassin u viljakk. Taħt il-figura falza tal-ġardinar tal-Ħakem jiġi Malta biex iwettaq vendetta mill-għedewwa tiegħu u jnibbet il-mibegħda f’Sidor lejn il-Kaptan Nerik u familtu. Iżda min hu fil-verità Makarju? U għaliex jaħbi l-identità proprja tiegħu?\u003c\/div\u003e","brand":"www.ilkotba.com","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":43952402170093,"sku":"","price":10.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/9789995746674-Marta-Bint-id-Deffien-tal-Pesta-324x461.jpg?v=1772541989","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/marta-bint-id-deffien-tal-pesta","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}