{"product_id":"matti-falzun-tal-imdina","title":"Matti Falzun Tal – Imdina","description":"\u003ch1\u003eMatti Falzun Tal – Imdina\u003c\/h1\u003e\n\u003cdiv class=\"author-meta\"\u003e\n\u003cp\u003eMatti, iben il-ħakem Mattew Falzun, ‘is-Saħħar’, u ħabib kbir ta’ Giulio l-Kavallier u t-Tabib Tumas Bonello, flimkien ma’ missieru l-ħakem, jiġi fil-mira tal-għedewwa tal-familja.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMissier u iben, mixlija b’ereżija quddiem il-pro-Inkwiżitur l-Isqof Cubelles, jibqgħu jgħixu fil-biża’ tal-id twila tal-Inkwiżizzjoni, fil-biża’ ta’ tradiment mill-għedewwa tagħhom, id-de Nava Laureri u l-Kavallier Romegas. X’sar minnhom ix-xbejbiet Natalia u Enza?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMeta Cosimo de Medici, id-Duka ta’ Firenze, jibgħat jitlob l-għajnuna lil Matti, iseħħu avvenimenti straordinarji. X’inkwiet daħlet fih il-prinċipessa Isabella, inkwiet li bl-għajnuna ta’ Matti jibqa’ mistur mill-qilla ta’ żewġha Paolo Orsini?\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003ePaolo jfittex vendetta bl-għajnuna tal-midjun Bartolomeo Montefiori u ta’ Dario de Nava Laureri. Iżda Dario, maħrub mill-ġustizzja, merċenarju u l-id il-leminija tal-vendikattiv u mħarbat Paolo Orsini, isegwi pjan sigriet li ħema huwa.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMinn: Monica Gatt\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFormat: paperback\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003ePaġni: 320\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e \u003c\/p\u003e\n\u003c\/div\u003e","brand":"www.ilkotba.com","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":57289403597125,"sku":null,"price":6.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/Matti-Falzun-245x325.jpg?v=1772536135","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/matti-falzun-tal-imdina","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}