{"product_id":"meaulnes-it-twil","title":"Meaulnes It-Twil","description":"\u003ch2\u003eMeaulnes It-Twil\u003c\/h2\u003e\n\u003cp\u003eRumanz Franċiż Le Grand Meaulnes ta’ Alain-Fournier, li deher għall-ewwel darba l-1913, ġie tradott f’aktar minn sittin lingwa, fosthom iċ-Ċiniż u l-Korean. bl-Ingliż u bit-Taljan ġie tradott għal bosta drabi minn tradutturi differenti. Dan fih innifsu juri s-suċċess mifrux u kontinwu li kellu dan ix-xogħol letterarju. Fir-rumanz Alain-Fournier jinseġ ir-rakkont tiegħu bħall-ħrejjef folkoristiċi li tant jgħaxxqu ż-żgħar u l-kbar u jdaħħal lill-qarrej f’dinja mistħajla u surreali mimlija fantasija, imħabba u nostalġija għall-imgħoddi mitluf.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cspan\u003eWara li ħarab mill-iskola, Wistin Meaulnes, imlaqqam it-Twil minn sħabu tal-iskola ta’\u003c\/span\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eSant’Agata, jintilef u jsib ruħu wara nżul ix-xemx f’dominju mwarrab, f’nofs il-kampanja, imżejjen b’lanterni kkuluriti, fejn kienet qed titħejja festa misterjuża u karnivaleska. Ma kellux għażla ħlief li jitħallat mal-folla tal-mistednin. X’kienu qed jagħmlu hemm f’nofs il-foresta dawn in-nies kollha? X’ra u ma’ min iltaqa’ Meaulnes fil-jumejn li qatta’ fid-dominju misterjuż? Għaliex din l-avventura kellha taqliblu ħajtu ta’ taħt fuq? Għala wasal biex ammetta ma’ ħabibu François: “Seurel … taf kemm kienet għalija mhux tas-soltu l-avventura li kelli Sant’Agata. Kienet ir-raġuni għaliex kont qed ngħix u għaliex kelli t-tama. Dik it-tama tliftha, x’kellu jsir minni? … Kif stajt ngħix bħalma jgħixu l-oħrajn!\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cspan\u003eAllura ppruvajt ngħix ’il bogħod minn hawn, f’Pariġi, meta rajt li kollox kien spiċċa u li kien kollu ħela ta’ ħin li noqgħod infittex id-Dominju mitluf … Iżda metatkun doqt il-ġenna tal-art, kif tista’ terġa’ ssib postok f’ħajtek bħall-oħrajn? Dak li kien il-ferħ taloħrajn stħajjiltu tad-daħk. U meta, b’mod sinċier, minn jeddi, iddeċidejt jum minnhom li nagħmel bħall-oħrajn, dakinhar ħsadt rimors \u003c\/span\u003egħal żmien twil …”\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMinn: Paul Zahra.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003ePagni: 238\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e \u003c\/p\u003e","brand":"www.ilkotba.com","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":59545348047173,"sku":null,"price":7.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/book-Recovered_1e864ff6-e86d-433d-9c3e-c53bba6fc013.png?v=1790847768","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/meaulnes-it-twil","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}