{"product_id":"qabel-inghalaq-il-bieb","title":"Qabel Ingħalaq il-Bieb","description":"\u003ch1\u003eQabel Ingħalaq il-Bieb\u003c\/h1\u003e\n\u003cdiv class=\"product-author\"\u003eAlfred Massa\u003c\/div\u003e\n\u003cdiv class=\"product-author\"\u003e\u003c\/div\u003e\n\u003cp\u003e\u003cmeta charset=\"UTF-8\"\u003e\u003cspan\u003eIl-bieb hu simbolu ta’ firda għax jifred naħa minn oħra. Imma meta ngħaddu minn quddiem bieb magħluq ta’ xi dar, qatt jgħaddilna minn moħħna kemm misteri setgħu seħħew minn dak il-bieb ’il ġewwa? U kemm stejjer ta’ ferħ jew ta’ niket għandu x’jirrakkonta dak il-bieb?\u003c\/span\u003e\u003cbr\u003e\u003cspan\u003eDan hu li l-awtur jirrakkonta f ’dan ir-rumanz.\u003c\/span\u003e\u003cbr\u003e\u003cspan\u003eDarba waħda, waqt passiġġata ma’ wliedu, Maurice jgħaddi minn quddiem id-dar fejn kien twieled, trabba’ u għex għal numru ta’ snin. Il-mistoqsijiet ta’ Kevin u Helga jiħduh lura lejn żmien tfulitu u żgħożitu, li hu kien qatta’ wara dak il-bieb.\u003c\/span\u003e\u003cbr\u003e\u003cspan\u003eIllum dik id-dar bil-bieb magħluq għandha dehra ta’ abbandun, iżda l-istejjer li seħħew fiha għadhom ħajjin: stejjer ta’ mħabba, ferħ, niket, qtigħ il-qalb, tjubija, korla, kif ukoll ta’ nuqqas ta’ ftehim … stejjer li wara kollox iseħħu tista’ tgħid f’kull familja.\u003c\/span\u003e\u003cbr\u003e\u003cspan\u003eBħal dejjem, Alfred Massa, bil-mod narrattiv li sirna nidentifikaw miegħu, jagħti tagħrif lill-qarrej dwar dak kollu li fuq medda ta’ snin seħħ wara dak il-bieb … illum mitluq u maħmuġ … b’dehra ta’ stmerrija … u fl-istess ħin misterjuża.\u003c\/span\u003e\u003c\/p\u003e","brand":"www.ilkotba.com","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":59513659851077,"sku":null,"price":6.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/book_a700da46-4989-4105-aebd-18ed11b9a251.png?v=1790588280","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/qabel-inghalaq-il-bieb","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}