{"product_id":"qatlu-lill-arcisqof","title":"Qatlu Lill – Arcisqof","description":"\u003cdiv id=\"title_feature_div\" class=\"celwidget\"\u003e\n\u003cdiv id=\"titleSection\" class=\"a-section a-spacing-none\"\u003e\n\u003ch1 class=\"a-size-large a-spacing-none\"\u003eQatlu Lill – Arcisqof\u003c\/h1\u003e\n\u003c\/div\u003e\n\u003c\/div\u003e\n\u003cdiv id=\"bylineInfo_feature_div\" class=\"celwidget\"\u003e\u003c\/div\u003e\n\u003cp\u003eBy: – il-grajja vera ta’ Oscar Romero.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFormat: Paperback\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eQatlu Lill – Arcisqof – il-grajja vera ta’ Oscar Romero.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eÓscar Romero kien Arċisqof ta’ San Salvador, il-belt kapitali ta’ wieħed mill-iżgħar stati fl-Amerika Ċentrali. Kien inqatel waqt li kien qed iqaddes f’Marzu 1980 minn skwadra tal-mewt tal-lemin wara li kien ilu tliet snin jikkundanna l-inġustizzji soċjali u l-vjolenza minn fuq il-pulptu u fuq ir-radju. Dak iż-żmien kien hemm għaddejja gwerra ċivili mill-aktar imdemmija fil-pajjiż li damet sejra tnax-il sena u ħalliet warajha 80,000 ruħ maqtula. Fl-Amerika Latina d-devozzjoni kbira lejn Romero wasslet biex ħafna bdew isejħulu “San Romero de América”. Iżda ħafna oħrajn madwar id-dinja kienu ħerqanin li jaraw lil Romero ddikjarat qaddis malajr kemm jista’ jkun. Din ix-xewqa nqatgħet fit-23 ta’ Mejju 2015 meta Papa Franġisku ddikjara lil Romero Beatu – sinjal b’saħħtu ta’ tama għall-foqra u għal dawk kollha li jaħdmu favur il-ġustizzja soċjali.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e“L-Arċisqof Romero kien għalina dejjem mudell ta’ prudenza kif ukoll eżempju ta’ qlubija. Fil-mogħdija li nfetħet quddiemu biex jimxi fiha sakemm wasal fil-fażi aħħarija tal-impenn tiegħu, minkejja l-għaqal tal-pożizzjoni li ħa, huwa ma kienx mifhum dejjem. Iżda l-konvinzjonijiet tiegħu kienu dejjem l-istess, u l-intensità li biha emmen fis-sewwa kellha llum jew għada twasslu sal-patibolu. Il-kelma tiegħu, konvinta u ċara, elokwenti daqskemm sempliċi, dejjem għamlet ħoss u ħalliet effett. Il-mod kif huwa niseġ l-impenn politiku u t-twemmin reliġjuż huwa turija soda ta’ kif kellu jinstab l-ispirtu Nisrani f’sitwazzjoni kumplessa bħal din li persunaġġi bħal Romero sabu ruħhom fiha.”\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e– Oliver Firggieri\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eMinn: Robert Aloissio.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eFormat: paperback\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eNo of pages: 466\u003c\/p\u003e","brand":"www.ilkotba.com","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":59188294680901,"sku":null,"price":8.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/book_abe058a4-3c82-4f1f-804e-8ddd3fc20276.png?v=1788783989","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/qatlu-lill-arcisqof","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}