{"product_id":"tqanqil","title":"Tqanqil","description":"\u003ch1\u003eTqanqil\u003c\/h1\u003e\n\u003cp\u003e\u003cbr\u003e\u003cmeta charset=\"UTF-8\"\u003e\u003c\/p\u003e\n\u003ch2\u003eDescription\u003c\/h2\u003e\n\u003cp\u003eDora kienet għadha tħares issummata lejh, u t-tifla beżgħet minnu u trekknet ma’ djul ommha. Alla tal-ħniena! Kif kien inbidel. Wiċċu kien abjad karti, għajnejh fil-ħofra; xagħru kien għadu folt u sabiħ, iżda kollu mnaqqax bl-abjad. Kien sar għadma u ġilda; hekk magħlub li l-flokk taċ-ċingi u x-shorts qasir li kien liebes kienu jidhru mlaħilħin u mdendlin miegħu. U leħnu kien maħnuq u dgħajjef.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eĦareġ idu biex jieħu b’tagħha, u tathielu. Idu, minkejja s-sħana, kienet tinħass iebsa, mreigħda u kiesħa silġ. Nina kienet qaltilha sewwa: Frans kien marid serjament. Tħassritu. Telqilha idha u dar lejn it-tifla:\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e“Din tiegħek?” staqsiha, dejjem b’leħen maħnuq.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e“Iva,” weġbitu Dora, b’qalbha trid tinqasam. Kemm xtaqet tgħidlu: “U tiegħek ukoll!” Ħasset id-dmugħ ifur f’għajnejha u kkontrollat ruħha.\u003c\/p\u003e","brand":"www.ilkotba.com","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":59627425694021,"sku":null,"price":5.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/2234\/1249\/files\/book-Recovered_aaa2158f-119d-4a86-af32-2e16fc2a390f.png?v=1791451989","url":"https:\/\/maltaoutlet.com\/products\/tqanqil","provider":"ALS Malta Store maltaoutlet.com","version":"1.0","type":"link"}