

Fommu Bil-Ghasel
Kun Af Kif Tibni Komponiment


L-għan ta’ dan il-ktieb mhux li jagħti lill-istudent numru ta’ komponimenti maħduma u lesti, iżda li jġiegħlu jibni komponimenti f’modi differenti, u b’hekk jiżviluppa l-ħila tiegħu fil-bini tal-komponiment, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
F’dan il-ktieb wieħed isib disa’ taqsimiet li jgħinu lill-istudent biex jitgħallem jibni komponiment kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Il-ktieb jibda b’taħriġ faċli u pass, pass, l-istudent jasal biex jibni l-komponiment mistenni minnu skont l-età tiegħu.