GHERF IL-BNIEDEM
GHERF IL-BNIEDEM
Għerf il-Bniedem ta’ Lino Grech
Din hija ġabra ta’ 38 poeżija li, kif jikteb Lino Grech stess fid-Daħla, “turi xejriet f’waqtiet mill-ħajja tal-poeta... Kull poeżija tfittex tifli nofs ħsieb, jekk mhux ukoll biss ħjiel ta’ ħsieb.” U dan jaqbel mija fil-mija mas-saħħa ewlenija ta’ Grech f’dil-ġabra: il-ħsibijiet profondi li jesprimi fi vrusu, kemm dwar it-tiġrib tal-ħajja, kif ukoll dwar ir-relazzjoni tal-bniedem mal-ħajja lilhinn mid-dinja.