

Ħolqa Bejn Żewġ Nisa
Ħolqa Bejn Żewġ Nisa
Joseph Serracino
N.o.p 158
GOOD AS NEW
Description
‘Bintek tinsab f’idejna! Jekk tridha lura, trid tħallas miljun ewro! Għandek 48 siegħa żmien! Se tirċievi messaġġ ieħor li jgħarrfek fejn għandek tħalli l-flus! Iddaħħalx pulizija jew membri tal-qraba tiegħek għax lil bintek ma tarahiex aktar... Aħna għassa tiegħek il-ħin kollu!’
Min seta’ jgħin lil Jason iġib lil bintu lura? Martu Roberta setgħet xi darba terġa’ titbissem bħal qabel? Oħtha May setgħet tgħin?
Duminku : ħolqa bejn żewġ nisa
Il-qgħad f'Malta wassal bosta Maltin u Għawdxin, jittantaw xortihom barra minn xtutna, fosthom lil Duminku u sieħbu li marru jfittxu x-xogħol l-Ingilterra. Kemm kienet se tgħinhom xortihom? X'jiġri meta fi New York Duminku jiltaqa' ma' Nellie, kantanta popolari fin-nightclubs? Seta' ż-żagħżugħ Għawdxi jibqa' jgħix bogħod minnha? X'ħolqa baqgħet tgħaqqadhom flimkien tul ħajjithom kollha minkejja d-distanzi kbar? Lura f'Għawdex Duminku jwiegħed żwieġ mibni fuq l-imħabba, lealtà u onestà lil tfajla Għawdxija. Imma setgħet l-imħabba lejn Tereża tirbaħ fuq l-ewwel imħabba tiegħu? Duminku baqa' jaħseb fuq Nellie jew nesieha? Li huwa żgur li xi darba ż-żejt jitla' f'wiċċ l-ilma.

